Raġel ta’ 35 sena minn Ħal Tarxien qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut ħabat bir-rota li ma’ karozza tal-għamla Skoda Felicia li kienet misjuqa minn anzjana ta’ 71 sena minn Ħal Tarxien.
L-Inċident seħħ għall-ħabta tat-8:15 ta’ filgħodu fi Triq Ħal Tarxien, f’Ħal Tarxien.
Fuq il-post isejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei li ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
L-istħarriġ tal-Pulizija għadu għaddej.