Raġel ta’ 34 sena u li joqgħod il-Fgura, ittieħed l-Isptar Mater Dei għal ġrieħi gravi li sofra f’inċident li seħħ waqt li kien qed isuq ir-rota.
L-inċident seħħ il-Ġimgħa għall-ħabta 19:20 fi Triq Buqana, ir-Rabat.
Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li ċiklist għal xi raġuni ħabat ma’ bollard u sofra xi ġrieħi.
Il-vittma ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei, fejn aktar huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.