Senegaliż ta’ 20 sena ġie arrestat wara li aggredixxa tliet persuni.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:30 tas-Sibt filgħodu fi Triq Ċensu Farrugia fl-Imsida, meta r-raġel ħebb għal mara ta’ 36 sena mill-Imsida u għal raġel ta’ 38 sena mill-Imsida li nzerta fuq il-post.
Jidher li dan tal-aħħar irnexxielu jwaqqaf lill-aggressur milli jħebb għal mara oħra, bil-konsegwenza li hu stess spiċċa aggredit. Hawnhekk is-Senegaliż mexa għal Triq il-Wied fejn ħebb għal raġel ta’ 67 sena minn San Ġiljan.
Is-Senegaliż kien arrest mill-membri tar-Rapid Intervention Unit u ttieħed l-Għassa tal-Imsida għall-aktar investigazzjonijiet.
Il-mara ta’ 36 sena ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, waqt li ż-żewġt irġiel ingħataw il-kura f’ċentru tas-saħħa. Huma ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin