Anzjan ta’ 88 sena minn Bormla ġarrab ġrieħi gravi, wara li ntlaqat minn karozza tat-tip Opel Astra li kienet misjuqa minn Rumen ta’ 37 sena li joqgħod l-Imsida. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:00 ta’ filgħodu fi Pjazza Antoine De Paule.
Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ambulanza li ħaditu l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.