Anzjan ta’ 77 sena mill-Mellieħa ndarab gravi wara li waqa’ bi trakk madwar erba’ sulari fl-inħawi ta’ Paradise Bay, fiċ-Ċirkewwa.
Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-kwarta meta għal xi raġun l-anzjan li kien qiegħed isuq vann tal-għamla Toyota Dyna tilef il-kontroll tat-trakk u spiċċa f’għalqa.
Fuq il-post waslu minnufih il-Pulizija li talbu l-għajnuna tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-isptar Mater dei.
Mal-wasla tagħhom fuq il-post, bdiet operazzjoni ta’ salvataġġ fejn l-anzjan inħareġ mit-trakk. Huwa ttieħed immedjatament l-Isptar Mater Deli fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin u qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.