Minn tal-inqas 32 persuna mietu u aktar minn 100 persuna oħra ndarbu wara li żewġ vaguni ta’ ferrovija nqalbu fiċ-ċentru tal-Eġittu. Iż-żewġ vaguni nqalgħu minn fuq il-linji li tgħaddi minn fuqhom il-ferrovija.
L-awtortitajiet qalu illi xi individwi li għadhom mhux magħrufa attivaw il-brejkijiet tal-emerġenza fuq waħda mill-vagun, u għalhekk il-vagun ta’ wara ħabtet ġo ta’ qabilha.
Il-President Eġizzjan Abdel Fattah al-Sisi qal li se jkun hemm konsegwenzi serji għal min jinsab responsabbli għal dan l-inċident.