Żewġ ferroviji tal-passiġġieri ħabtu fin-naħa t’isfel tal-Pakistan bil-konsegwenza li mietu erbgħin persuna u ndarbu għexieren oħra.
Uffiċjali qalu li waħda mill-ferroviji li kienet qed tivvjaġġa fil-provinċja ta’ Sidh, inqalgħet minn mal-binarji u spiċċat fuq binarji oħra fejn kien hemm ferrovija b’numru ta’ passiġġieri.
Diversi timijiet ta’ salvataġġ ħadu lill-midruba fi sptarijiet fil-viċin.