24 persuna ġew arrestati mill-pulizija wara li t-Tnejn filgħaxija saret rewwixta ġewwa ċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi.
Il-pulizija qalet li kien għall-ħabta tas-7:30 ta’ filgħaxija l-Pulizija marru fuq il-post fejn ġew innutati persuni ġewwa l-barracks b’wiċċhom mgħammad ikissru filwaqt li ma bdewx jobdu l-ordnijiet tal-uffiċjali tad-detenzjoni.
L-istess persuni bdew jaqilgħu knaten minn mal-bini u jwaddbu biċċiet minnhom lejn l-uffiċjali, filwaqt li għamlu diversi ħsarat fid-dormitorji u l-kamra tal-uffiċjali tad-detenzjoni.
Membri tal-Pulizija daħlu fil-post u ġabu s-sitwazzjoni lura għan-normal.
Dan filwaqt li tim mediku kien ukoll fuq il-post sabiex tingħata l-għajnuna neċessarja.
Mhux eskluż li dawn il-persuni jitressqu l-Qorti.