Fi stqarrija l-korp tal-pulizija ħabbar li raġel li kien imfittex fuq ordni tal-Qorti, m’għadux imfittex.
Il-Pulizija kienu saqsew għall-għajnuna tal-pubbliku u saħansitra ħeġġew lin-nies biex jagħmlu kuntatt mal-korp, anki b’mod anonimu, jekk ikollhom xi informazzjoni dwar ir-raġel.
Issa li m’għadux imfittex, fl-istqarrija l-pulizija rringrazzjat lill-pubbliku tal-għajnuna tiegħu.