Fl-Amerika, il-President Donald Trump estenda l-linji gwida rigward l-imxija tal-Coronavirus sat-30 ta’ April. Dan wara li ftit tal-jiem ilu kien sostna li s-sitwazzjoni kienet ser tkun kalma sa qabel l-festi tal-Għid.
Bħalissa fl-Istati Uniti hemm aktar minn 140,00 każ kkonfermat. Filwaqt li sal-Ħadd kien hemm elfejn erbgħa mijja u tlieta u disgħin każ ta’ mwiet irrapurtati kawża tal-COVID-19.
Issegwi hemm l-Arġentina fejn estendiet ukoll il-miżuri tagħha sat-12 ta’ April minflok sal-aħħar ta’ Marzu.
Intant fl-Indja li jinsabu f’lockdown totali hemm kkonfermat aktar minn elf każ. Filwaqt li l-ħabs ta’ Delhi rrilaxxa madwar 400 mitt priġunier fuq pleġġ ta’ 45 ġurnata.
Fin-Niġerja tħabbar lockdown ta’ ġimgħatejn li jibda mit-Tnejn fil-11pm ħin lokali.
It-tim tal-Formula 1 tal-Mercedes flimkien mal-University College ta’ college ta’ Londra kkreaw breathing aid u bdew jitqassmu fl-isptarijiet tal-madwar.
Fiċ-Ċina għar-4 jum konsekuttiv ġew irrapurtati inqas każijiet ġodda mis-soltu.
Filwaqt li fl-Awstralja laqgħat fil-pubbliku ġew limitati għal żewġ persuni minn għaxra. Il-Prim Ministru Scott Morrison ħabbar pakkett finanzjarju sabiex jgħin lil madwar sitt miljun Awstraljan għas-6 xhur li ġejjin.
Il-COVID-19 ħasdet ukoll il-ħajja tal-kanta-awtur tad-diska popolari I Love Rock n’ Roll, Alan Merril u tal-istilla tal-mużika country Joe Diffie. Kif ukoll tal-attur komiku Ġappuniż Ken Shimura.
Filwaqt li fit-Turkija, l-eks goalkeeper ta’ Barċellona u Fenerbahce Rustu Recber jinsab l-isptar f’qagħda kritika kawża tal-Coronavirus.
Madwar id-dinja hemm aktar minn 720,000 każ kkonfermat fejn aktar 150,000 huma rikoverati u kważi 34,000 mejta. L-aktar pajjiżi affettwati huma l-Istati Uniti b’aktar minn 140,000, l-Italja b’97,689, iċ-Ċina b’82,122 u Spanja b’aktar minn 80,000.
Segwiti mill-Ġermanja, Franza, l-Iran, ir-Renju Unit, l-Isvizzera u l-Olanda.