Uffiċjali fl-Istati Uniti qed iwissu b’kampanja maħduma b’reqqa ta’ hacking li ilha għaddejja minn Marzu li għadda u li saru jafu biha din il-ġimgħa, qed toħloq riskju kbir għall-Gvern Amerikan, is-servizzi kollha li joperaw online fosthom dawk tas-saħħa u anke s-settur privat.
Id-dipartimenti tat-Teżor u l-kummerċ Amerikani huwa fost dawk li sfaw vittmi ta’ dan l-attakk.
L-Aġenzija Amerikana għas-Cybersecurity u s-Sigurtà Infrastrutturali, iċ-CISA, qalet illi dan l-ħidma biex jitwaqqaf dan l-attakk hija waħda kumplessa u ta’ sfida.
Bosta qed jissuspettaw illi wara dan l-attakk hemm il-Gvern Russu, madanakollu, ir-Russja ċaħdet dawn l-allegazzjonijiet.
Intant, iċ-CISA ma tatx informazzjoni dwar hu l-moħħ; liema aġenziji u organizzazzjonijiet kienu fil-mira; jew liema informazzjoni kienet misruqa waqt dan l-attakk.
Il-President elett Amerikan Joe Biden saħaq li l-amministrazzjoni tiegħu se tkun qed tati prijorità lis-cybersecurity.