Fi żmien meta Malta għandha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Partit Nazzjonalista ġibed l-attenzjoni lejh għax wieħed mill-kandidati tiegħu qal li Hitler huwa mexxej progressiv.
Dil-punti ewlenin li l-aġenzija tal-aħbarijiet Politico tibgħat lil min ikun abbonat, jistona dan il-paragrafu dwar pajjiżna.
Il-Partit Soċjalist Ewropew ikkundanna lill-Partit Nazzjonalista dwar in-nuqqas ta’ reazzjoni minn naħa tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, dwar kummenti ta’ Salvu Mallia.
Sadanittant, Busuttil għadu sieket.