Aġenzija Żgħażagħ, ngħatat il-premju ta’ ‘European Youth Information Quality Label’.
Dan bħala rikonoxximent għax-xogħol li twettaq maż-żgħażagħ biex tipprovdi aktar għarfien dwar disinformazzjoni fost suġġetti oħra.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan il-premju jingħata lil organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi ta’ informazzjoni liż-żgħażagħ.
Aġenzija Żgħażagħ taħdem favur li tipprovdi aktar benefiċċji għaż-żgħażagħ biex jirnexxu fil-ħajja tagħhom. Dan permezz ta’ inizjattivi u opportunitajiet ta’ tgħallim flimkien ma’ kampanji ta’ għarfien.