Se titwaqqaf l-aġenzija l-ġdida Financial Organised Crimes Agency. Din l-aġenzija ser tkun qed tikkumplimenta l-Economic Crimes Unit li jinsab taħt il-Korp tal-pulizija.
Il-Ministru Edward Scicluna qal li wara r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport MoneyVal, l-FIAU ħa diversi inizjattivi sabiex isaħħaħ l-operat u jkun iktar effettiv fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu.
Minn riforma li saret l-operaturi kollha regolati se jiġu spezzjonati mill-inqas darba kull erba’ snin, filwaqt li dawk l-operaturi l-iktar riskjużi se jiġu spezzjonati darba kull tmintax-il xahar.
L-FIAU mhux biss ittriplat ir-riżorsi umani izda investit f’sistemi awtomatiċi biex tiġi analizzata l-informazzjoni li tinġabar.
Il-Ministru Scicluna qal li l-gvern se jalloka ħames miljun ewro addizzjonali fuq dak li kull istituzzjoni qed talloka.