Il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva ħabbar il-ħatra tas-Sur George Fenech fil-kariga ta’ Aġent CEO tal-Awtorità għall-Kura Soċjali u l-Istandards.
Is-Sur Fenech huwa infermier b’esperjenza vasta ta’ disgħa u tletin sena u għandu higher diploma fix-xjenza politika u masters (MSc) fil-ġestjoni u l-governanza.
Minbarra r-rwol tiegħu bħala senior operating theatre scrub nurse, is-Sur Fenech okkupa rwoli ewlenin fl-akkwist ta’ konsumi fl-isptarijiet u fi rwol ta’ loġistika/management. Hu kien involut fit-tranżizzjoni tal-Isptar San Luqa għall-Isptar Mater Dei kif ukoll fit-twaqqif u l-ġestjoni tal-COVID-19 Swabbing Hubs fl-Isptar Mater Dei u n-Naxxar.
L-iktar ħatra riċenti tiegħu kienet bħala Senior Nursing Manager fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela awguralu fl-irwol il-ġdid tiegħu u rringrazzja lis-CEO preċedenti s-Sinjura Lisa Cassar Shaw tal-ħidma tagħha fl-Awtorità.