Afrikan ta’ 32 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li darab Pulizija meta rreżista l-arrest fuq pussess ta’ droga.
Huwa kien akkużat li kellu fil-pussess tiegħu raża tal-kannabis, li rreżista l-arrest, li darab ħafif uffiċjal tal-Pulizija, li kien qed iġorr sikkina fil-pubbliku u li kien riċediv. Akkużi li għalihom wieġeb mhux ħati.
Fil-Qorti kien irrimarkat li akkużi simili oħra kienu fil-konfront tal-imputat f’Ottubru li għadda; fejn kien akkużat li kien fil-pussess ta’ droga li wriet li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.
Fid-dawl li l-akkużat m’għandux indirizz fiss, ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.