Filmati fuq il-midja soċjali mill-Afganistan qed juru aktar nies u familji ddisprati sabiex isalvawhom u jiġu evakwati mill-pajjiż.
Dan sabiex isalvaw mill-ħakma tat-Talibani, li ħadu t-tmexxija tal-pajjiż il-Ħadd li għadda.
Fost il-filmati xokkanti li qed joħorġu mill-Afganistan hemm dak barra l-ajruport f’Kabul, fejn familji ddisprati qed iwaddbu t-trabi għand is-suldati Amerikani sabiex isalvaw.
Skont il-midja internazzjonali ntqal kif s’issa ġew evakwati aktar minn 18,000 persuna minn minndu t-Talibani ħadu l-poter tal-pajjiż.