Titjira tal-Air Malta minn Palermo għal Malta KM 664 ittardjat minħabba li ġiet żviluppata ħsara teknika.
Dan ġara wara li ħareġ xi fjuwil u għalhekk kellhom jissejħu membri tat-tifi tan-nar bħala prekawzzjoni.
Il-linja tal-ajru qed tagħmel arranġamenti biex tibgħat ajruplan ħalli l-passiġġieri jinġabu lura lejn Malta.
Il-passiġġieri qed jiġu offruti l-appoġġ u l-għajnuna meħtieġa.
Titjiriet oħra jistgħu jittardjaw minħabba din il-kwistjoni.
Il-linja tal-ajru Air Malta tagħti l-akbar importanza lis-sigurtà u l-benesseri tal-klijenti tagħha u topera b’interruzzjonijiet minimi.
Il-linja tal-ajru fi stqarrija skużat ruħha minħabba kwalunkwe inkonvenjenza kkawżata minn ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tagħha.