Kull aħbar ta’ mard hija aħbar ħażina li ħadd ma jkun irid jismà, iżda l-weġgħa tal-omm li tara lil bintha marida u ma tistax ittaffilha mis-sigħat ta’ wġigħ hija kiefra wisq. Dan kien kliem, Claudine Chircop, omm Adreana li meta kellha biss ħames snin it-tobba qalulha li kellha kanċer. Battalja ta’ sentejn li matulha Puttinu kien l-ispalla għal din il-familja, biex tibqà tiġġieled u temmen li wara l-maltemp jiġi l-bnazzi. Bnazzi li llum wasal u poġġa tbissima liema bħalha fuq fomm din iċ-ċkejkna.
Martirju u tbatija kbira. Hekk fissret l-esperjenza qarsa, omm Adreana: Claudine Chircop li fl-età tant żgħira ta’ ħames snin it-tobba tawha l-aħbar li ebda ġenitur ma jkun irid jismà. Dik, li n-nefħa li nnutat f’ras iċ-ċkejkna tagħha, kienet kanċer.
l-esperjenza xejn ma kienet pjaċevoli malli ssir taf li għandek it-tifla marida d-dinja taqa’ fuqek…martirju…u tbatija kbira.
Kull aħbar ta’ mard hija diffiċli, iżda Claudine stqarret il-weġgħa akbar ta’ dik l-omm li lesta tagħmel kollox għal bintha, iżda fil-ħin l-aktar ta’ bżonn, ma tkunx tistà ttaffilha imqar ftit minn dawk is-sigħat ta’ uġigħ.
it-tbatija minnha nnifisha diġá hija kiefra, diġá hija martirju, issa bħala ġenitur it-tfal ikunu parti minnhekk. meta tara lil uliedek morda jew ma jifilħux qisek għandek parti minnekk marida. Tbatija kbira taf li għandek lil uliedek ma jifilħux u ma tistá tagħmlilhom xejn: weġgħa kbira hux.
Battalja twila u diffiċli, u li matula l-familji jkollhom bżonn mhux biss is-sapport morali iżda anke s-sapport finanzjarju. Sapport li Claudine u Adreana sabu f’Puttinu. Puttinu li din l-omm iddeskrivitu bħala dak li jgħinek temmen li wara l-maltemp jiġi l-bnazzi u li din il-battalja kiefra tistà tirbħielha.
Puttinu jfisser ħafna għalina. għal familji bħalna puttinu huwa bħal dak ir-raġġ ta’ dawl jew dik il-qawsalla fil-maltempata li inti f’dik l-ansjeta u stress u dak kollu li tkun għaddej minnu għandek dik il-ftit tama li kollox se jgħaddi b’wiċċ il-ġid.
Battalja li ċ-ċkejkna Adreana, b’kuraġġ liema bħalu, rnexxielha tirbħilha. Biex illum, fl-età ta’ seba’ snin, wara sentejn ta’ tbatija qed terġà tgħix il-ħajja tagħha mill-ġdid u fuq fommha dejjem iżżomm dik it-tbissima mill-isbaħ li għal ommha tfisser mitqlu deheb.
il-messaġġ tiegħu lil ommijiet bħali li għaddejjin mill-istess sitwazzjoni jiena ngħidilhom biex ma jaqtgħux qalbhom, illum hemm ħafna għajnuna dejjem nkunu pożittivi u fl-aħħar mill-aħħar puttinu dejjem warajna dejjem lest jissapportjana mill-bidu sal-aħħar…u aħna wasalna f’dak it-tmiem.
Adreana, tixtieq li nhar il-ġimgħa l-kbira kulħadd jagħti donazzjoni lil Puttinu, biex tfal oħra li għadhom qed jgħixu l-imrar tal-ħajja u jiġġieldu kontra l-battalja diffiċli tal-kanċerr, ikunu jistgħu jfiequ…bħalha.
NHAR IL-ĠIMGĦA SE JKUN HEMM XARABANK U ĦA JKUN FUQ PUTTINU. ĦA NĊEMPLU U NIĠBRU L-FLUS ĦALLI TFAL MORDA JFIEQU BĦALI. GRAZZI.