Adrian Zammit nstab ħati ta’ malafama, wara li sejjaħ lill-eks Sindku tal-Marsa, Frans Debono bħala “mustaċċun”, “inkompetenti” u “nittien”.
Il-kawża nfetħet lura fl-elfejn u dsatax, wara li Zammit, bħala personalità fuq il-midja soċjali, tkellem fuq l-eks Sindku f’filmat fuq Facebook.
Fil-filmat, Zammit għamel diversi allegazzjonijiet lejn Debono, fosthom li jisraq minn ħaddieħor u li jissendika.
Zammit qal li huwa kien qiegħed jirreferi għal persuna immaġinarja biex iwassal messaġġ.
Il-Qorti qalet li Zammit ma kienx biss qiegħed jiċċajta, hekk kif iddeskriva lil Debono bħala imbruljun fost l-oħrajn, kif ukoll li jisraq minn fondi pubbliċi.
Għalhekk, huwa ġie ordnat jagħti kumpens ta’ tmien mija u ħamsin ewro lil Debono.