Fl-aħħar siegħat l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia waqa’ fil-muta u ma reġax iffaċċja l-midja. Dan wara li ma żammx mad-deċiżjoni tiegħu u ma ssospendix lil Simon Busuttil.
Qalu dan id-deputat Prim Ministru Chris Fearne u Segretarju Parlamentari Clifton Grima f’konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista.
Clifton Grima qal li l-Partit Nazzjonalista huwa maqsum, bla direzzjoni u ma jista’ qatt imexxi lil Malta.
Id-deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li l-partit ewlieni ibbaża kampanja fuq gidba. L-aġir ta’ Delia qiegħed ipoġġi taħt theddid lill-PN.
More of the same u No new way kif qal Delia, żied Chris Fearne.
Adrian Delia ma jistax ikollu appoġġ ta’ kabinett għax lanqas appoġġ ta’ grupp parlamentari m’għandu.