Adrian Delia u Bernard Grech jistgħu jikkontestaw għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista wara li għalaq il-proċess ta’ verifika.
Dan ikkonfermatu fi stqarrija l-Kummissjoni Kandidati tal-Partit Nazzjonalista.
Fl-istqarrija l-istess kummissjoni qalet li hi wettqet eżerċizzju ta’ diliġenza skont l-aħjar abbilità tagħha.