Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u l-kandidat għall-Kap għall-Kap Nazzjonalista Bernard Grech komplew jiftħu l-kanuni fuq xulxin.
Dan meta l-Ħamis filgħaxija kienu intervistati fuq l-istazzjon Nazzjonalista. L-ewwel saret l-intevrista ma Adrian Delia, imbad ġie intervistat Bernard Grech.
Grech, li huwa ż-żiemel tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil akkuża lit-tmexxija tal-Parit Nazzjonalista, fost oħrajn lil Adrian Delia u Robert Arrigo, li huma l-establishment.
Grech qal, “Bħalissa l-establishment tal-partit huwa min qed imexxi dan il-partit.”
Filwaqt li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia infexx jattakka lid-deputati li qegħdin jagħtu s-sapport tagħhom lil Bernard Grech, fosthom lil Jason Azzopardi, Therese Comodini Cachia u Karol Aquilina.
Delia qal, “Jason Azzopardi prattikament b’għemilu ura li hu ma jridx jaħdem, mhux li jien ma rridx naħdem. Jien għamiltu shadow tal-ġustizzja, hu ma riedx jaħdem u jattakka lili anke personalment.”
Il-ġurnalist preżenti saqsieh, “Karol Aquilina? Therese Comodini Cachia?” u Adrian Delia qal, “Għandi għalfejn insemmihom jien.” u għaldaqstant il-ġurnalist saqsieh, “Għaliex le?” u Delia qal, “Ma tafx li Therese Comodini Cachia ppreżentat ruħha fil-grada tal-President biex ngħidu li kienet ħa tkun, it-Times qalet li kienet diġà l-Kap tal-Oppożizzjoni, m’għandhiex għalfejn insemmiha.”
Qal li din il-fazzjoni tħares biss lejn l-interessi tagħhom personali.
“Il-ħidma kbira li għamilna f’dawn it-tlett snin ġiet imxekla minn uħud illi jħarsu l-interessi tagħhom u mhux l-interess tal-pajjiż.” Qal Delia.
Delia qal ukoll kif dawn id-dawn id-deputati marru quddiem il-President, bl-unika skop tagħhom kien li jkomplu jagħmlu ħsara lill-Partit Nazzjonalista.
Hu qal, “Uħud mid-deputati tagħna marru għand il-President, għamlu ħsara biss il-partit tagħna u imbagħad xejn.”
Min-naħa tiegħu, Grech qal li mnalla ser isir elezzjoni għal Kap Nazzjonalista għax taħt it-tmexxija ta’ Adrian Delia l-partit mar aktar lura.
Grech qal, “U li kieku ma sar xejn, allura kien ikollna hemmhekk aktar ħsara għaliex kien evidenti li sfortunatament il-partit kien nieżel ftit ftit dejjem l-isfel.”
Bernard Grech, faħħar lis-sbatax-il eroj blu, li sfiduċjaw lil Delia għall-erba’ darbiet. Sejħilhom bħala membri parlamentari ta’ stoffa, għax sfiduċjaw lil Delia u qed jgħinuh biex jirbaħlu.
Hu qal, “Meta jkollok sbatax-il ruħ li huma l-maġġoranza assoluta fi ħdan il-grupp parlamentari, ma ssejħilhomx ribelli. Jien nippreferi nsejħilhom grupp parlamentari ta ħila.”