It-Tnejn filgħodu, l-Kap tal-Oppozizzjoni Adrian Delia ma deherx il-qorti, għall-każ li fetah hu stess fil-konfront tal-Avukat Ġenerali.
Fil-qorti illum kompla l-każ li fetah l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kontra l-Avukat Ġenerali sabiex ikollu kopja sħiħa tal-inkjesta Egrant.
Inkjesta li kkonfermat li saret gidba fil-konfront tal-Prim Ministru Joseph Muscat u martu u familtu, meta ġie allegat li l-kumpanija Egrant hija tal-familja Muscat.
Il-ħaddiema tal-Qorti għamlu xi ħin jgħattu isem Adrian Delia fil-kurituri tal-Qorti. Iżda l-Kap tal-Oppozizzjoni baqa’ ma tfaċċax.
Quddiem l-Imħallef Robert Mangion, l-avukat ta’ Delia, Vincent Galea, kellu jagħmel referenza li r-rikorrent ma kienx preżenti fl-awla.
Bl-avukat ta’ Delia, iddikjara li m’ghandux iktar provi xi jressaq.
It-trattazzjoni finali ġiet imsejjħa għal 11 ta’ Marzu.