Fi stqarrija il-Partit Laburista qal li l-Qorti tal-Appell ikkonfermat il-fatti f’każ serju li protagonist fih kien hemm Toni Bezzina, deputat tal-Partit Nazzjonalista u llum kandidat għall-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Toni Bezzina abbuża mill-irwol tiegħu fis-settur pubbliku meta bagħat ħaddiema tal-gvern jagħmlu xogħol fuq każin tal-Partit Nazzjonalista. Biex jaħbi dan il-każ Toni Bezzina kien saħansitra ġiegħel ħaddiema jiffirmaw dikjarazzjoni falza u sfurzata.
Dikjarazzjoni li l-ħaddiema ffirmaw frott il-biża’ mis-superjur tagħhom Bezzina.
Quddiem abbuż bħal dan, meta kien imexxi l-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, kien ineħba wara l-libelli biex ma jieħux deċiżjonijiet immedjati dwar id-deputat tiegħu.
Iżda, issa li l-Qorti kkonfermat li dak irrapportat kien fattwali u li Toni Bezzina abbuża minn kariga pubblika l-pożizzjoni tiegħu m’għadiex tenibbli. U l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, għandu jifhem li ma hemmx iktar libelli wara xix jinħeba.