Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni tassew ma tistax tieħdu bis-serjetà. Qal li lanqas xi jrid jgħid f’kollegament ta’ ftit minuti ma jista’ jiddeċiedi.
Il-Partit Laburista żied jgħid li Delia filli jikkundanna lil kulħadd mingħajr riservi u filli jgħid li importanti wieħed jiftakar li hemm il-preżunzjoni tal-innoċenza. Filli jgħid li hu minn dejjem kien kontra l-IIP, u għalhekk għandu jieqaf u filli jgħid għandu jkun sospiż sakemm ikun hemm is-serħan tal-moħħ. Iġifieri li jkompli wara.
Żied li l-problema ta’ Adrian Delia hi li jitkellem bl-addoċċ basta jattakka l-gvern u biex jipprova jintgħoġob ma’ kulħadd.
Temm billi qal li b’differenza, dan il-gvern jemmen fil-programm li ġab dħul importanti għall-pajjiżna biex naħsbu fil-futur. Fl-istess ħin ma ddejaq xejn jieħu l-passi li kellu jieħu biex jiddefendi r-reputazzjoni tal-pajjiż u l-programm, inkluż fil-każ li tkellem dwaru l-Kap tal-Oppożizzjoni.