Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ressaq protest ġudizzjarju fil-konfront tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi minħabba li dan allegatament xerred qlajjiet malafamanti fil-konfront ta’ Delia.
Delia hawnhekk irrefera għal numru ta’ messaġġi li rċivew terzi persuni mingħand Jason Azzopardi li fost l-oħrajn jgħidu :‘And you have no idea of the hundreds of other messages in the mobile of Fenech in 2019 relating to the payment to Delia of €50,000 and pledge of €100,000 more if Casa was not elected. You have no idea what I have been holding up inside me since January. Know once and for all that the man is a pathological liar’.
Fil-protest ġudizzjarju li fetaħ, Delia issa qed jistaqsi x’kienet ir-raġuni li jekk hu minnu li Jason Azzopardi kellu informazzjoni dwar dan f’Jannar li għadda, ma użahiex dakinhar stess. Hawn allega wkoll li Azzopardi, li tant jitkellem dwar is-saltna tad-dritt, ma jridx li l-votanti tal-Kunsill Ġenerali jivvutaw b’serenità u jitħallew jieħdu deċiżjoi importanti għall-Partit Nazzjonalista mingħajr xi influwenza qarrieqa.
Adrian Delia talab lil Jason Azzopardi biex jieqaf jagħmel allegazzjonijiet foloz dwaru li jistgħu jxekklu l-proċess demokratiku tal-Partit.