Survey tal-MaltaToday juri li mill-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew il-fiduċja ta’ Adrian Delia kompliet tonqos. Dan anke minħabba l-problemi interni fil-Partit Nazzjonalista.
Ir-riżultat huwa simili għal dak li kien irreġistrat f’Marzu li għadda, qabel ma l-fazzjonijiet fi ħdan il-Partit Nazzjonalista iddikjaraw gwerra qabel il-kampanja elettorali.
Fl-aħħar survey li sar ġimgħa qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ir-rata ta’ fiduċja f’Delia kienet ta’ 22.8%, jiġifieri, il-fiduċja f’Delia kienet naqset.
Muscat mill-banda l-oħra, kompla jżid il-fiduċja mill-aħħar survey li sar fl-aħħar ta’ Mejju.
Jidher li l-popolarità ta’ Muscat tkompli tissupera lil dik ta’ Delia, min-nies ta’ kull età u f’kull reġjun.
Dr. Joseph Muscat żamm il-fiduċja tal-maġġoranza tan-nies li vvutaw lil Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali tal-2017.
Mhux l-istess jista’ jingħad għal Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia li rnexxielu jżomm biss 38.8% tal-votanti li fl-elezzjoni tal-2017, ivvutaw lil Partit Nazzjonalista.