Id-deputati nazzjonalisti għadhom fid-dlam dwar meta se jitlaqqa l-grupp parlamentari Nazzjonalista.
Sorsi fil-Partit Nazzjonalista li tkellmu mat-Times of Malta, minkejja li l-Parlament wasal fit-tielet ġimgħa ta’ ħidma, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia għadu ma tax data ta’ meta l-grupp parlamentari se jiltaqa. Lanqas l-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista għadu ma tlaqqa.
Il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut kien qal li hemm bzonn tal-laqgħa tal-eżekuttiv, wara l-allegazzjonijiet li qiegħed jiffaċċja Adrian Delia. Fosthom allegazzjoni ta’ ħasil ta’ flus ġejjien mill-prostituzzjoni f’Londra.
Izda s-segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli għadu ma tax d-data ta’ meta se ssir il-laqgħa tal-eżkeuttiv.
It-Times bgħatet mistoqsijiet lill-Partit Nazzjonalista, dwar meta ser isir il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari u tal-Eżekuttiv. Izda mistoqsijiet li intbgħatu lill-Partit Nazzjonalista, baqgħu mhux imwieġba.
Adrian Delia qiegħed jibza jlaqqa l-grupp parlamentari Nazzjonalista. Dan għax hemm għadd ta’ deputati nazzjonalisti li jridu jisfiduċjaw lil Adrian Delia.
Bil-ġurnali irrapurtaw li d-deputati nazzjonalisti Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi qegħdin jagħmlu laqgħat sigrieta sabiex itajjru lil Delia minn Kap Nazzjonalista. Filwaqt li d-deputati nazzjonalisti Claudette Buttigieg u Beppe Fenech Adami kienu fost id-deputati nazzjonalisti li iffirmaw dikjarazzjoni sabiex Adrian Delia jitlaq minn Kap.
Minkejja dan kollu, il-gimgha li ghaddiet Adrian Delia qal li ma jkunx infurmat meta tkun se ssir l-laqgha tal-grupp parlamentari. B’Delia jidher li qieghed isib kull mod sabiex jahrab lid deputat nazzjonalisti, li hafna huma kontrih.