Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qal li hu dejjem qal il-verità fuq is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech.
Ġimagħtejn ilu Adrian Delia qal li hu qatt ma ikkomunika ma’ Yorgen Fenech wara li sar magħruf li huwa sid ta’ 17 Black iżda l-Ħadd t-Times żvelat li Fenech u Delia kkomunikaw fil-5 ta’ Frar tal-2019. It-Times ippublikat messaġġi fuq Whatsapp bejn Yorgen Fenech u Adrian Delia wara li sar magħruf li Fenech huwa s-sid ta’ 17 Black.
Hu u dieħel il-Parlament Delia ddefenda l-pożizzjoni tiegħ.
Il-ġurnalista ta’ ONE News saqsiet, “Għaliex m’għidtx il-verita?”
“Grazzi tal-opportunita li tajtni.” Qal Delia.
“Għaliex m’għidtx il-verita?” Reġgħet saqsiet il-ġurnalista ta’ ONE News.
“Għidt il-verita.” Saħaq Delia.
Ftit tal-jiem ilu, meta kien intervistat minn ġurnalista ta’ ONE News, Delia kien stqarr li huwa kellu sensiela ta’ laqgħat mal-istess Yorgen Fenech iżda ma setax jagħti dati.
“Dr. Delia meta ltqajt ma Yorgen Fenech, tista’ ttini d-data.” Staqsiet il-ġurnalista
Delia wieġeb, “Le ma nistax intik id-data. Għax ma kinitx importanti għax kienet waħda minn sensiela.”
Fl-isfond li l-inkwiet qed jikber fil-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia qal li jrid ikun jaf min hu d-deputat li kien imur jittallab lil Yorgen Fenech biex jagħtih kamra fil-lukanda lussuża tal-Hilton, jiekol u jorganizza l-festini.
“Sirt taf min hu deputat li kien imur jiekol għand Yorgen Fenech? Le għadni ma sirt naf u huwa important nkun nafu min hu.” Qal Delia.
Insista ukoll li jrid ikun jaf min kien joffri s-servizzi legali lil kumpaniji ta’ Fenech.
U fuq servizz legali?” Saqsiet il-ġurnalista.
“Ukoll.” Wieġeb Delia.
F’botta lil deputati tiegħu stess, Delia insista li toħroġ il-verità.
“We will prove li toħroġ il-verita. Mhux biss ic-chats, imma fuq il-komunikazzjonijiet u negozju ta’ kulħadd.” Qal Delia.