Adrian Delia reġa’ staqsa għar-riżenji billi kkwota minn rapporti fuq media li allegatament ħarġu minn leaks ta’ investigazzjonijiet . Din hi d-differenza bejn l-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni. Il-Prim Ministru talab investigazzjonijiet fuqu stess u fuq allegazzjonijeit oħra li jinvolvu lil Ministru Mizzi u c-chief of Staff Keith Schembri.
Il-Partit Laburista nnota li dan sar b’differenza fuq allegazzjonijiet serji li saru fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni minn Daphne Caruana Galizia, li kien jaħsel il-flus li ġejjin mill-kriminalità. Minkejja diversi sejħiet, inkluż internament mill-Partit Nazzjonalista stess, Adrian Delia beża’ li jitlob li jiġi investigat.
Adrian Delia qatt ma jista’ jkun kredibbli sakemm jitlob investigazzjoni fuqu nnifsu u jaġixxi wara tali investigazzjoni. Illum jekk ried jgħid xi ħaġa ġdida aktar milli jirriċikla l-istess diskors, kellu jħabbar li fl-aħħar qed jaċċetta li jiġi investigat hu stess.
B’differenza, il-Prim Minsitru hekk kif mexa’ fuq il-gidba Egrant, jimxi fuq 17 Black u jieħu l-azzjonijiet meta l-investigazzjonijiet u inkjesti li x’uħud minnhom talbithom l-Oppożizzjoni stess ikunu lesti, qal il-Partit Laburista.