Illum il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ffoka l-maġġoranza tad-diskors teigħu jattakka l-business u n-negozjanti Maltin, bl-istess stil bħal Kap ta’ qablu. Qal dan fi stqarrija l-Partit Laburista.
Il-PL qal kif Adrian Delia waqa’ għal aġenda ta’ Simon Busuttil billi reġa’ kien negattiv fit-tama li n-nies ta’ Busuttil ma jsirux kontrih.
B’differenza, il-Partit Laburista huwa magħqud wara Joseph Muscat bħala Prim Ministru ta’ pajjiż li attratta rekord ta’ investiment fl-aħħar sitt snin li tejjeb il-livell ta’ għajxien tal-familji Maltinu Għawdxin