Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia fetaħ attakk fuq l-investituri li qed jinvestu f’pajjiżna u jqallgħu l-ħobża ta’ kuljum lill-eluf ta’ familji Maltin u Għawdxin..
Meta kien qed jitkellem f’Għawdex, Adrian Delia qal li l-investituri, li qed jinvestu u joħolqu opportunijiet kbar ta’ impjiegi f’Malta u f’Għawdex, mhumiex tajbin u mhux nodfa.
Dan jikkuntrasta ma’ dak li fl-elfejn u tmintax, Malta ġibdet lejha hekk kif kellna aktar minn mija u sebgħin miljun ewro f’investiment.
Fil-fatt il-Malta Enterprise approvat mija u ħamsin proġett li fuq medda ta’ tliet snin mistennija joħolqu elf u seba’ mitt impjieg ġdid.
Intant fl-attività tal-Ħadd, Adrian Delia reġa tkellem fuq l-inkwiet u l-ġlied li hu mifni bih il-Partit Nazzjonalista.
F’ġimgħa li fiha Adrian Delia sab ma wiċċu riżenja oħra, dik ta’ Marthese Portelli minn deputat nazzjonalista, Delia sejjaħ il-politika bħala ħmieġ.