Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Adrian Delia ħsiebu biex jipprova jieħu kapital politiku mis-settur tas-saħħa.
Hekk stqarr il-Partit Laburista fi stqarrija, li fiha ntqal ukoll li jagħmel hekk minn kapaċi joffri biss attakki u mhux proposti għal qasam tant importanti f’ħajjet in-nies.
Il-Partit Laburista żied jgħid li Gvern se jkompli jinvesti fil-qasam tas-saħħa u fir-riżorsi, b’mod ewlieni fil-ħaddiema wara li saħħaħ il-kundizzjonijiet u l-pagi ta’ eluf ta’ ħaddiema tas-saħħa. L-investiment fis-saħħa huwa investiment fin-nies u fil-komunità.
L-istqarrija temmet tgħid, li min-naħa l-oħra, ħaddieħor lanqas imqar apoloġija ma offra fuq attakk mhux ġustifikat li għamel fuq is-servizzi tas-saħħa ta’ pajjiżna. Attakk li l-Qorti ċċertifikatu bħala poeżiji foloz.