Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia allega li l-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern, Kurt Farrugia, qiegħed jieħu direct orders minn Ministeru għall-Kultura. Qal li Kurt Farrugia ingħata konsulenzi sabiex jiġbed xogħol relatat mal-kultura.
Il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-gvern ċaħad din l-allegazzjoni u qal li hu qatt ma ħa direct orders minn Ministeri u jew minn xi entità oħra. Qal li hu dejjem dejjem jagħmel il-ġurnata tax-xogħol u jitħallas għalih skont is-salarju li hu pubbliku.
Kurt Farrugia sejjaħ lil Adrian Delia bħala giddieb. Qal li fl-intervista dalgħodu missu sab il-ħin u jispjega d-dubju li hemm dwaru fejn jidħlu l-affarijiet finanzjarji tieghu.
1/2 @adriandeliapn is clearly a very distracted man. I never took direct orders from any ministry or other entities. He inferred that I do private work during office hours. Dr Delia is a liar: I never did. I only work around the clock for my salary, which is public.
— Kurt Farrugia (@KurtFarrugia) January 6, 2019
2/2 Now that I set my record is straight: Why didn’t you use your airtime appropriately to explain this morning’s @TheTimesofMalta story, instead of lying about me? pic.twitter.com/IrcH1keLQL
— Kurt Farrugia (@KurtFarrugia) January 6, 2019