In-nuqqas ta’ azzjoni u tmexxija tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, tefgħet il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar fi sqaq. Il-Partit Nazzjonalista tilef il-maġġoranza f’dan il-kunsill lokali u issa m’għandux biex jaħtar Sindku. Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ma jistax jippretendi li l-Partit Laburista jivvota biex jeleġġi Sindku Nazzjonalista jidher li għandu problema wkoll għax dawk li oriġinarjament telgħu fuq il-lista tiegħu wkoll mhumiex lesti jappoġġjaw Sindku mill-Partit Nazzjonalista.
Minkejja li Delia kien ilu jaf li s-sitwazzjoni kienet waħda fejn intilef il-kontroll, baqa’ gallarija biex illum daħħal il-kunsill lokali ta’ San Pawl il-Baħar fi kriżi bla preċedent bil-konsegwenzi jbagħtuhom biss ir-residenti. F’dan il-każ il-piż kollu qed fuq spallejn Adrian Delia u l-Partit Nazzjonalista li għandhom joffru soluzzjoni biex ikunu huma li jassiguraw li l-maġġoranza taħdem.