Fi sforz sabiex l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia jitneħħa minn Kap tal-Partit, il-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil qiegħda tuża l-mezzi kollha sabiex id-diskuzzjoni politika tkun fuq l-inkwiet u s-sitwazzjoni miżerabbli li jinsab fiha l-Partit imexxi minn Delia.
Din id-darba kien imiss li jidħol fix-xena l-qassis Joe Borg li kien ukoll iservi ta’ konsulent fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista. Fi programm li għandu fuq l-istazzjon tal-knisja Newsbook, huwa ħass li għandu jiddedika parti mill-programm biex jitkellem dwar il-futur ta’ Adrian Delia fil-Partit.
Qal li mhux l-ewwel darba li attenda għall-protesti organizzati minn gruppi bħal Occupy Justice.
Saħansittra darba minnhom attenda ma’ Richard Cachia Caruana għall-protesta li saret f’tas-Sliema, mill-stess grupp, li għal iktar minn darba qal li Adrian Delia għandu jirrizenja minn Kap.
Dan anki għax kif allegat minn Daphne Caruana Galizia- Adrian Delia daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjien mill-prostituzzjoni.
Fil-Programm intervjena l-opinjonista qrib il-Partit Nazzjonalista u l-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, Ranier Fsadni. Huwa kien skejt u qal li Adrian Delia m’għandux futur.
Il-Programm ta’ Joe Borg jingħaqad ma’ tentattivi oħra li qegħdin jagħmlu l-fazzjoni tal-eks kap simon busuttil biex Delia jitneħħa minn kap tal-partit Nazzjonalista.