Id-dikjarazzjoni tal-assi fil-Parlament, tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia żvelat ammont sostanzjali ta’ djun li jlaħħqu s-seba’ mija u tlettax-il elf, tliet mija u sitta u ħamsin ewro.
Mill-informazzjoni maħruġa, rriżulta li Delia għandu b’kollox sitt loans ma’ banek lokali: wieħed mal-Bank of Valletta, tnejn mal-Banif li huma ‘home loans’, self ieħor mal-Banif, ‘home loan’ ieħor mal-HSBC u self ieħor mal-HSBC.
€24,742 – LOAN MAL-BOV
€30,347 U €70,216 – ŻEWĠ ‘HOME’ LOANS MAL-BANIF
€19,051 – LOAN MAL-BANIF
€508,000 – ‘HOME’ LOAN MAL-HSBC
€61,000 – LOAN MAL-HSBC
TOTAL TA’ €713.356
Din id-dikjarazzjoni wasslet f’mument li għad hemm mistoqsijiet kbar minn fejn Adrian Delia ġab ħamsa u ħamsin elf ewro, biex jibda jħallas parti mit-taxxa li naqas milli jħallas lid-dipartiment tat-taxxa meta kien iddaħħal aktar minn mitejn ewro fis-siegħa.
Dan hekk żvelat minn investigazzjoni li għamlet il-gazzetta Kullħadd, fejn irrizulta li miż-żmien li qal li m’għandux cash flow sa meta għamel dan il-pagament lil tat-taxxa, ma biegħ ebda kumpanija li seta’ daħħal flus minnha, biex iħallas it-taxxa dovuta.
Fl-istess dikjarazzjoni tal-assi, rriżulta li mart, Adrian Delia, Nickie Vella de Fremaux, għandha sitta u għoxrin elf u wieħed u disgħin ewro fi tfaddil fil-Bank of Valletta.
Adrian Delia ddikjara fil-Parlament li l-propjeta’ li għandu, li tinkludi r-residenza tiegħu u dik li tmiss magħha fis-Siġġiewi, inxtraw minn martu.
Huwa għandu wkoll għalqa fir-Rabat għall-użu tal-familja, li wkoll kienet mixtrija minn martu.
Fil-preżent, Delia għandu ishma f’erba’ kumpaniji.
L-ISHMA TA’ DELIA
5,400 SEHEM F’AEQUITAS MANAGEMENT LTD.
6,750 F’ AEQUITAS TRUST AND FIDUCIARY LTD.
300 F’EVOLVE CONSULTANCY LTD.
45 FI MGARR DEVELOPMENT LTD.
Dan minkejja li qabel l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista wiegħed li b’mod immedjat kien se jirriżenja jew ibigħ kull sehem li għandu f’entitajiet privati u ta’ negozju. Dikjarazzjoni li kien għamel meta kien qed ikun ikkritikat bl-aħrax minn nies fil-Partit Nazzjonalista u qrib tiegħu, b’mod partikolari b’rabta man-negozju. F’waħda mill-intervisti huwa kien saħansitra ddikajra li kien se jbigħ l-ishma tiegħ f’dawn il-kumpanii b’mod assolut hekk kif jieħu t-tmexxija tal-partit.