Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ħa lill-partitarji Nazzjonalisti fil-passat, fi żmien ta’ inkwiet politiku. Fil-Każin Nazzjonalista ta’ Ħaż-Żebbuġ, Adrian Delia ħa lill-partitarji tmienja u tlettin sena ilu.
“U dik il-ġlieda llum iridu nerġgħu nagħmluha”
Flok appella għal għaqda, Adrian Delia kellu diskors mimli attakki u ta’ firda.
Attakka lill-istituzzjonijiet f’pajjiżna li qegħdin jaħdmu qatigħ sabiex issir ġustizzja fil-każ ta’ qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Adrian Delia attakka ukoll lill-kummissarju tal-pulizija, li bħalissa għaddejjin b’ħidma ma taqta xejn sabiex jissolva l-qtil ta’ Caruana Galizia, u possibilment jisolvew każijiet oħra.
Filfatt, bil-ħidma tal-pulizija xahar u nofs biss wara l-qtil ta’ Caruana Galizia, il-pulizija ressqet l-qorti l-eżekuturi fil-qtil ta’ Caruana Galizia – Vince Muscat, Alfred u George Degiorgio li qed jinżammu arrestati fil-Faċilita Korettiva ta’ Kordin.
Waqt li fl-aħħar jiem irnexxielha tasal ukoll għal dak hu s-suspettat middleman li bħalissa qed jigi mistħarreġ mill-pulizija dwar l-allegat sehem tiegħu u ta oħrajn f’dan il-każ.