Id-Deputati tal-Gvern, membri fil-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, il-Ministru Jonathan Attard u s-Segretarju Parlamentari Andy Ellul qablu li r-rapport tal-Kummissarju għall-Istandards Joe Azzopardi dwar l-ingaġġ ta’ Amanda Muscat għandu jiġi addottat.
Il-Ministru Jonathan Attard spjega kif in-naħa tal-Gvern qed tilqa’ r-rakkomandazzjonijiet li semma l-Kummissarju għall-Istandards fosthom dwar reviżjoni tal-manwal dwar l-ingaġġ ta’ konsulenti, impenn politiku li diġà sar pubbliku mill-Gvern.
Muscat, li llum ilha aktar minn tliet snin ma taħdimx mal-Gvern u l-Kummissarju għall-Istandards innota kif ħadmet. Issemma wkoll kif il-kuntratt tagħha twaqqaf mill-Prim Ministru aktar minn tmien snin ilu wara li hi ħadmet għal tmien xhur.
Bil-proċedura issa tmur għas-sottomissjonijiet tal-Ministri Clayton Bartolo u Clint Camilleri li jissemmew fir-rapport, l-Ispeaker irrakkomanda rifużjoni tal-flus mhux dovuti.
Hawnhekk, il-Ministru Attard qal li jifhem is-sentiment tal-Ispeaker.