F’Mejju konna smajna dwar il-mudell innovattiv ta’ trasport pubbliku ‘Transit Elevated Bus’ (TEB), li mhux kulħadd kien emmen li seta’ jsir – iżda din l-istruttura nbidlet f’realtá hekk kif bdiet l-ewwel prova tagħha f’ Qinhuangdao, Hebe. Il-passiġieri jitpoġġew bilqiegħa f’kompartament li jgħaddi minn fuq vetturi oħra. Dan it-tip ta’ mudell għandu l-għan li jutilizza aħjar it-triq.
Id-disinjaturi kienu qed ibassru li din l-istruttura titlesta sa Awwissu, iżda kienu bosta dawk li ma emnux li din l-idea inovattiva setgħet tinbidel f’realtá. Matul il-prova it-‘Transit Elevated Bus’ irnexxiela tagħmel vjaġġ ta’ 300 metru u għandħa l-potenzjal li ġġorr 1,200 passiġġier f’daqqa.
Tgħid din l-invenzjoni se tkun qed tinfirex mad-dinja?