Lil hinn mill-implikazzjonijiet politiċi ta’ Brexit, hemm rikperkussjonijiet prattiċi bħal x’se jiġri bil-lingwa Ingliża.
Kull stat membru għandu d-dritt li jinnomina l-lingwa uffiċjali tiegħu biex din issir waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. S’issa il-lingwa Ingliża kienet rikonoxxuta bħala lingwa uffiċjali minħabba r-Renju Unit.
L-Irlanda u Malta huma l-uniċi pajjiżi li għandhom il-lingwa Ingliża bħala lingwa uffiċjali, iżda aħna innominajna l-lingwa Maltija, u l-Irlanda innominat il-Gaelic.
Danuta Hübner, il-kap tal-Kumitat tal-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament Ewropew, qalet li “jekk m’hemmx ir-Renju Unit, m’hemmx il-lingwa Ingliża” u biex din ssalva, ir-regola tal-lingwa uffiċjali trid tinbidel b’ vot unanimu.