Suċċess għall-kickboxer lokali Adam Laamouz hekk kif rebaħ titlu ta’ prestiġju fid-dixxiplina Muay Thai fit-Tajlandja. Huwa kien qed jiġi mħarreġ mill-kowċ ta’ fama Kru Lai.
Dak ta’ Laamouz kien l-ewwel titlu qatt mirbuħ minn atleta malti fil-Muay Thai fit-Tajlandja, il-pajjiż sinonimu ma’ dan l-isport.
Il-ġlieda kienet fuq ħames rounds ta’ 3 minuti ‘l waħda. Laamouz spikka fir-raba’ round biex imbgħad rebaħ fil-ħames round permezz ta’ Knock Out tekniku. Ta’ nota li l-avversarju tiegħu kien wieħed ta’ esperjenza kbira, hekk kif b’kollox kellu 88 ġlieda fil-karriera. Min-naħa tiegħu Laamouz ilu 4 snin fid-dixxiplina Muay Thai.
Laamouz kien ilu ħames xhur jitħarreġ u jipprepara għal din il-ġlieda. Ħames xhur ta’ taħriġ intensiv.
F’kumment wara l-ġlieda, Laamouz qal li li jinsab kuntent għal dan l-unur li ġab mhux għalih personali iżda fuq kollox għall-pajjiżna.
Huwa rringrazzja lill-kowċies tiegħu Noel Mercieca u Vuk Stekovic u fuq kollox lill-familjari tiegħu.