Accountant ingħata sentenza ta’ tlett snin probation wara li għal tlett snin sħaħ għamel użu ta’ flus li ma kinux tiegħu għad-detriment ta’ kumpanija.
Sandro Grima ta’ 45 sena kien akkużat li bejn Awwissu tal-2007 u Awwissu tal-elfejn u għaxra bl-iskop li jżomm għalih xi flus ħareġ pagamenti immaġinarji u għamel firem foloz għad-dannu tal-kumpanija Megaline.
Il-Qorti kkunsidrat li l-akkużat ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u għalhekk apparti l-probation ordnatu wkoll li jrodd lura s-somma ta’ €368,621.