Persuna ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li żewġ muturi kienu nvoluti f’inċident f’Tal-Barrani ż-Żejtun.
Dan ġara għall-ħabta tat-15.15 bejn mutur Yamah 80 u mutur Honda VT 600. Fuq il-post issjeħet l-ambulanza li ħadet lil wieħed mis-sewwieqa l-isptar.
Il-kundizzjoni tiegħu kif ukoll l-identità tal-persuni għadha mhix magħrufa.
Aktar dettalji malli jaslulna.