Il-Gvern nieda application ġdida bl-isem ta’ Blockcerts li ser tagħti l-faċilità lill-istudenti li permezz ta’ blockchain jaċċessaw iċ-ċertifikati akkademiċi kollha li jkunu kisbu matul il-vjaġġ akkademiku tagħhom.
Din l-application ser tkun qed tagħti ċ-ċans lill-istudenti tal-MCAST u tal-ITS li jkollhom aċċess għaċ-ċertifikati tagħhom minn fuq il-mobile tagħhom biex ikunu jistgħu jipreżentawhom b’mod sempliċi meta japplikaw għal-impjieg. Tagħti wkoll iċ-ċans lill-min iħaddem biex jivverifika l-validita taċ-ċertifikati preżentati quddiemu.
Nathalie Smolevski, il-moħħ wara din l-app, spjegat din l-app ser tagħti ċ-ċans lill-istudenti biex, jgħaddi kemm jgħaddi żmien, jaċċessaw id-dokumenti kollha tagħhom b’ mod faċli tul il-karriera tagħhom.
“It’s an app that manages blockchain addresses for individuals, which means you can easily view, store and share your certificates. It also allows you to instantly verify the same certificates, and all for free!”
Intant Dylan Tonna, student tal-MCAST stqarr ma’ dan l-istazzjon li l-akbar vantaġġ fl-użu ta’ din l-app hu li jkollok iċ-ċertifikati kollha li tkun ksibt, merfgħuha b’ mod sikur.
“Jien naħseb li din l-‘application’ għandha potenzjal kbir f’Malta. Ovjament, din l-‘application’ tista’ tivverifika ċ-ċertifikati li student ikun ġab u dan jista’ jgħamlu mill-ewwel. Apparti minn hekk, id-dokumenti ħa jkunu dejjem siguri, b’sempliċi ‘click’ ikunu aċċessibbli.”
Meta ġiet mistoqsija dwar il-futur ta’ Blockchain, Nathalie Smolevski li għandha snin twal ta’ esperjenza mondjali f’ dan il-qasam, qalet li blockchain hija l-futur tat-teknoloġija tant li fis-snin li ġejjin, il-maġġoranza tal-apps ser ikunu qed jiddependu fuqha.
”Even though today it is very new and exciting, within five years basically everyone is going to be using it. So the question is: what are you going to use it for? What kind of apps are going to be built to make use of blockchain technology?”