Il-kuntrattur tal-Kappara ser jiftaħ aċċess ġdid għas-sit minn Triq Mikiel Anton Vassalli man-naħa tal-Pixxina Nazzjonali viċin in-niċċa tal-Madonna, għada wara d-9.00a.m.
Il-kuntrattur ser jagħlaq karreġġjata waħda, fid-direzzjoni tal-Università u l-vetturi jistgħu jgħaddu mill-karreġġjata l-oħra mingħajr xkiel.
Transport Malta fakkret lis-sewwieqa li din iż-żona hija sit ta’ kostruzzjoni għalhekk wieħed għandu jsuq bil-galbu, isegwi s-sinjali temporanji tat-traffiku u l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali meta wiħed jgħaddi miż-żona.
L-awtorità skużat ruħha ta’ kull inkonvenjent.