Il-blogger Nazzjonalista, Daphne Caruana Galizia, ma preżentatx ruħha l-Qorti meta dalgħodu komplew jinstemgħu l-kawżi ta’ libell fil-konfront tagħha li nfetħu mid-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Chris Cardona.
L-avukat Pawlu Lia, li qed jidher f’isem Cardona, insista fl-awla li quddiem l-allegazzjonijiet serji li għamlet b’rabta mal-istorja li l-Ministru mar f’burdell il-Ġermanja kien qed jistenna li tippreżenta l-provi fil-Qorti. Tant li kien għalhekk li talab li l-ewwel xhieda tkun tagħha.
“Daphne Caruana Galizia kellha l-ħin kollu opportun biex tipprepara ruħha u tipprova tissostanzja l-gideb tagħha u naqset milli tagħmel dan,” qal l-avukat Lia li fil-Qorti nsista li kienet hi li kellha l-piż biex tissostanzja l-gideb li qalet.
Iżda, hu m’għamlitx dan u bħalha l-ġurnalist tal-midja tal-Partit Nazzjonalista, Mario Frendo.
Għal Caruana Galizia mhux biss qed jidher l-avukat tal-Partit Nazzjonalista, Joe Zammit Maempel, iżda wkoll Antonio Ghio li fi żmien Gvern Nazzjonalista ħa ħatriet pubbliċi. F’isimha preżenta wkoll rikors.