Abort minn taħt. Hekk qed jissuġġerixxu dwar l-introduzzjoni tal-Morning After Pill f’pajjiżna l-Life Network Founation.
Dawn tal-aħħar se jorganizzaw diskussjoni pubblika, bil-mistieden ewlieni jkun riċerkatur u tabib minn Università Taljana. Saħansitra qed tintbagħat email lil studenti Universitarji dwar din id-diskussjoni.
Preċedentemnt, l-istess Fondazzjoni kienet insistiet li ladarba l-abort hu illegali f’Malta, jekk toħrog liċenzja għall-MAP meta hemm evidenza xjentifika ċara li turi li l-MAP għandha elementi li jikkawżaw abort, l-Awtorità li toħroġ din il-licenzja tista’ jkun ħati li kkommetta rejat.
L-Awtorità tal-Mediċini iddeċidiet li l-morning-after pill Ella One tista’ tinxtara mingħajr il-preskrizzjoni tat-tabib. Dan wara moviment nazzjonali li argumenta favur id-dritt tal-għażla,u wara diversi argumenti li qalu li l-pillola mhix abortiva. Il-Ministru Helena Dalli kienet fost dawk li ma qabiltx mal-bżonn ta’ preskrizzjoni ta’ tabib biex wieħed jixtri l-pill f’każ ta’ emerġenza. Infatti llum tista’ tixtri l-pill mingħajr din il-preskrizzjoni – pass li jtawwal iż-żmien meta din il-pillola tkun effettiva.
Mhux kulħadd qabel ma din id-deċiżjoni. Infatti l-Whip tal-Gvern, Godfrey Farrugia għamel sejħa lill-Awtorità tal-Mediċini biex tirrevedi l-linji gwida li bi ħsiebha tibgħat lill-professjoni medika dwar il-bejgħ u l-amministrazzjoni tal-morning after pill. Fil-Parlament ikkwota studju xjentifiku li were li l-pillola Ella One tista’ ma tħallix l-impjantazzjoni ta’ embrijun jew saħansitra toqtlu bil-ġuħ. L-istudju jagħmila ċara li Ella One hija pillolaabortiva.
It-tabib Josie Muscat, li tiegħu huma l-isptarijiet St James u li parti minnhom hemm numru ta’ spiżeriji, ta ordni ċara kontra l-bejgħ tal-Morning After Pill.