Illum kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Abner Aquilna, ta’ 20 sena, li jinsab mixli li stupra u qatel lit-tfajla Pollakka Paulina Demska nhar it-2 ta’ Jannar li għadda, f’Tas-Sliema.
Fil-Qorti, l-Ispettur Jonathan Ramsley qal li, meta kien fil-klinika tal-Furjana, Abner qal li kien qatilha għax riedet twaqqfu. Qal ukoll li l-ewwel kien ipprova fuq raġel iżda kienu żewġt irġiel u ħaseb li aħjar li tkun persuna waħedha.
Fil-Qorti nstema’ wkoll li Aquilina qatta’ jum ma’ Derek Spiteri jumejn qabel l-allegat qtil. Spiteri llum kien xhud tal-prosekuzzjoni.
Huwa qal li lejliet l-ewwel jum tas-sena, Abner u hu qattgħu ġurnata l-baħar fil-kumpanija ta’ ċertu Jeffrey Spiteri. Wara, attendew laqgħa tal-grupp reliġjuż River of Love, u mbagħad marru jieħdu pizza mill-Ħamrun. Qal li Abner kien spiċċa raqad għandu, f’kamra separata, iżda filgħodu ma sabux. Eventwalment irriżuta li kien fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija.
Il-kontroeżami tax-xhieda ġie sospiż u l-kawża ġiet differita għat-22 ta’ Diċembru.